Imrobbija f'raħal li fis-seklu 21 għad għandu x-xjuħ miġburin qaqoċċa fuq iz-zuntier u l-bejjiegħa jgħajtu f'nofs tat-triq. Pass 'il bogħod mill-pjazza, ir-raħal bħal donnu jinbidel, jieħu xejra oħra. Ix-xiħ bil-qmis iċċangjata u wiċċu mimli tikmix jinbidel f'salesman b'xagħru ġġeljat. Fil-qalba ta' dan kollu- jien prodott taż-żewġ estremi.
Li għandi ngħidlek ngħidulek żgur permezz tal-poeżija...mill-bqija jaf ma ngħidlek qatt. Forsi beżżiegħa jew eskejpista imma jibqa' l-fatt li l-poeżija hija l-'mezz biex'. Permezz tagħha l-kliem jinħall fis-skiet li jdamdam.
Kull persuna u esperjenza huma suġġetti għall-poeżija tiegħi. Dan mhux avviż. Sempliċiment kumment ieħor. Jekk tarani sellilmli...biss l-għada aqra l-poeżija li nkun ktibt.
Għad fadalli x'nimxi u waqt li nimxi nitgħallem aktar u aktar. Hekk nikbru flimkien- jien u l-poeżija li (tal-anqas nipprova) nikteb jien.
No comments:
Post a Comment